Internazzjonali

It-terrur fir-Russja: Hemm ukoll sinjali li t-Tmexxija f’Moska kienet avżata minn qabel

Bħalissa qed tiċċirkola informazzjoni li l-President Russu Vladimir Putin u l-Kremlin injoraw it-twissijiet inizjali dwar ‘terrur imminenti fir-reġjun ta’ Moska….Twissijiet li allegatament wasslulhom is-servizzi sigrieti tal-Istati Uniti u r-Renju Unit proprju tlett ijiem qabel l-atroċità fil-kapitali tar-Russja.

L-osservaturi barranin qed jirrimarkaw ukoll li l-aktar nies viċin ta’ Putin injoraw dawn it-twissijiet bħala sempliċi ‘gideb u provokazzjoni’ — u fejn anki pruvaw inaqqsu l-livell tat-theddida minkejja l-urġenza tat-twissija.

U għalkemm il-grupp terroristiku ISIS qed jinsisti li l-qattiela f’Moska ‘kienu qegħdin jaġixxu f’ismu’, is-sorsi viċin tiegħu baqgħu ma’ dettaljawx liema minn fost ‘il-fergħat’ tat-terroristi madwar id-dinja kienu responsabli għall-massakru. Fl-istess ħin, l-Istati Uniti mhix teskludi li l-istqarrijiet tal-ISIS dwar ‘ritorn għall-azzjonijiet qattiela’ jistgħu wkoll jitqiesu bħala kredibbli fiċ-ċirkustanzi.