Fi stqarrija ffirmata mix-Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ flimkien mal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista qed jingħaqad mal-komunità LGBTIQ+ wara t-tħassib riċenti li tqajjem dwar l-organizzazzjoni tal-EuroPride 2023. Nesprimu t-tħassib serju tagħna dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u l-politiċizzazzjoni fil-management ta’ dan l-avveniment u l-mod kif ġie allokat il-baġit.
Għaldaqstant nirringrazzjaw lill-għaqdiet bħal MGRM, Aditus, Graffitti, Drachma, ARC, Checkpoint u LGBTI+ Gozo għax-xogħol imprezzabbli tagħhom biex javvanzaw l-ugwaljanza u jrawmu spazji inklużivi.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pride għandhom sinifikat kbir fil-promozzjoni tad-drittijiet u l-viżibbiltà tal-komunità LGBTIQ+. Huma jservu bħala pjattaformi biex jiġu ċċelebrati l-kisbiet, jiddefendu l-progress, u jindirizzaw sfidi kontinwi. Huwa imperattiv li l-avvenimenti Pride jagħtu prijorità lill-vuċijiet u t-tħassib tal-komunità u mhux l-interessi partiġġjani.
It-trasparenza hija fundamentali fit-trawwim tal-fiduċja u r-responsabbiltà. Aħna ningħaqdu ma’ dawn l-organizzazzjonijiet biex inħeġġu lill-gvern biex jipprovdi rendikont komprensiv tal-baġit tal-EuroPride u jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha ittiehdu f’konformita mar-regoli ta’ prokurament. Il-Pride għandha tkun inizjattiva mmexxija mill-komunità, mhux biss vetrina għall-aġendi politiċi.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa impenjat li nżommu l-integrità taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pride u navvanzaw l-ugwaljanza għal kulħadd.
//= $special ?>