Lokali

Kapitlu Tlettax b’kanzunetta ġdida ‘Lilek Biss’

“L-ewwel bewsa li tajtni għadni niftakarha ċar, bil-moħbi mill-ġirien quddiem il-bandli tad-dar … kellna biss tnax li sirna nafu lil xulxin, fl-istilel ma kontx nemmen imma dan hu d-destin.”

Din hija lirika meħuda minn kanzunetta li tixhed emozzjonijiet kbar bejn żewġ maħbubin, koppja li ilhom flimkien għal tul ta’ żmien iżda bħal donnu bdew joħorġu flimkien ftit tax-xhur qabel, meta l-imħabba tkun għadha qed tinbed.

B’din il-kanzunetta, Kapitlu Tlettax marru lil hinn minn dak li huma magħrufin għalih, dan filwaqt li din il-kanzunetta xorta waħda titratta tema’ reali u attwali. Lilek Biss, ġiet imnedija ftit tal-ħin ilu u titkellem dwar ir-relazzjoni bejn Joseph Mario Calleja u l-maħbub tiegħu Charlene Vassallo.

Il-kanzunetta Lilek Biss, hija l-ewwel rilaxx tas-sena 2024, wara li fis-sena 2023 ippubblikaw sitt kanzunetti. Lilek Biss għandha produzzjoni ta’ Cyprian Cassar minn Somnio Recording Studios.