Lokali

KRIŻI FIS-SAĦĦA: Aktar mediċini out-of-stock

“Ilna xahrejn nixtru l-mediċini tal-cholesterol meta suppost dawn b’xejn”

Is-saga tal-mediċini out-of-stock taħt Gvern tal-Labour qed tibqa’ tirrenja minkejja bidla fil-Ministru.

Dan hekk kif issa anke l-mediċina li tintuża minn persuni li jbgħatu mill-cholesterol tinsab out-of-stock.

Il-mediċina Sorvasta, mediċina essenzjali għal dawk li jbgħatu mill-cholsterol fil-ġisem ilha out-of-stock fis-sistema tal-POYC il-fuq minn xahrejn. U huwa għalekk illi l-anzjani u pazjenti illi tant ghandhom bżonnha qed ikollhom jixtruha għal madwar 50 ewro.

Intant, dan jirrifletti n-nuqqas ta’ mmaniġjar fis-settur tas-saħħa, fejn pajjiżna mhux talli qed jara kollass fis-sistema sħiħa kaġun taż-żieda estensiva fil-popolazzjoni, u n-nuqqas ta’ infermiera fil-kliniċi u l-Isptar tagħna, iżda talli qed tibqa’ tirrenja l-kriżi tal-mediċini out-of-stock.

Fejn sfortunatament, qed jirrifletti f’piż fuq l-anzjani tagħna u n-nies vulnerabbli.

Sitwazzjoni li sa mill-bidu nett il-Ministru Jo Etienne Abela ammetta mal-ġurnalisti ta’ NetNews, ammissjoni li kienet tinkludi lista ta’ 250 mediċina out-of-stock.

Iżda inqas minn 24 siegħa wara din l-ammissjoni, fi stqarrija uffiċjali, il-Ministru ċaħad diskorsu stess u surrealment qal li kienu biss 14-il mediċina out-of-stock. Fatt jibqa’ li numru kbir ta’ persuni qed jaffaċċjaw sitwazzjoni li jifilħu jew ma jifilħux iridu joħorġu flushom għall-mediċina li huma intotlati għaliha b’xejn. Kirżi li l-Gvern għadu ma sabx kaptu tagħha bl-unika persuni illi qed isoffru t-tkaxkir tas-saqajn tiegħu huma l-morda u qrabathom