Futbol Sport

L-Ingilterra megħluba mill-Brażil f’Wembley

(Ritratt: EPA)

It-tim Ingliż imexxi minn Gareth Southgate kien megħlub bl-iskor ta’ 1-0 mill-Brażil f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet f’Wembley Stadium. It-tim ta’ Southgate kellu bost players regolari neqsin fosthom il-captain Harry Kane u anke l-winger Bukayo Saka li jinsabu barra minħabba injury.

Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-80 minuta u kien skorjat miż-żagħżugħ prometta tal-Brażil Endrick fejn b’dan il-gowl sar l-iżgħar plejer internazzjonali li qatt skorja f’Wembley.

Il-Ġermanja kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Franza. Florian Wirtz fetaħ l-iskor għat-tim Ġermaniż qabel mal-attakkant ta’ Arsenal Kai Havertz għalaq il-partita fit-tieni taqsima.

F’partita oħra l-Arġentina kisbu rebħa faċli ta’ 3-0 fuq El Salvador, bil-gowls tal-Arġentina jkunu skorjati minn Cristian Romero, Enzo Fernandez u Giovanni Lo Celso.