Internazzjonali

Messaġġi ta’ appoġġ lejn il-Prinċipessa Kate

Personalitajiet minn madwar id-dinja kollha ingħaqdu f’appoġġ u solidarjeta lejn il-familja Rjali wara li ħarġet l-aħbar illi l-Prinċipessa Kate qed tieħu kura kontra l-kanċer.

Il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle kienu minn tal-ewwel li esprimew appoġġ lejn Kate Middleton u l-familja tagħha.

Fost il-mexxejja internazzjonali li qasmu l-istess ħsieb kien hemm il-Prim Ministru Rishi Sunak u l-President Amerikan Joe Biden.

L-aħbar li l-Prinċipessa Kate qed tieħu trattament għall-kanċer ingħatat minnha stess permezz ta’ video li ħareġ ilbieraħ filgħaxija. Dan waqqaf l-ispekulazzjonijiet li kienu ilhom jiċċirkolaw dwar is-saħħa tagħha.

Il-Prinċipessa ta’ Wales qalet li hi ħadet iż-żmien biex tispjega lit-tfal tagħha dak li għaddejja minnu. Insistiet ukoll li dan kien xokk kbir għall-familja kollha.