Internazzjonali

Moska: Straġi f’teatru fejn kien se jsir kunċert

Il-grupp ISIS ħa responsabbiltà tal-attakk li seħħ matul il-lejl fuq it-Teatru Crocus ta’ Moska.

F’din l-isparatura, diversi persuni tilfu ħajjithom u għexieren oħrajn indarbu. Bil-Gvern Ukren jinsisti li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan l-att.

Is-sala fejn seħħ l-attakk kienet ippakjata bin-nies, u dan qed jitqies bħala l-aktar attakka qattiel fir-Russja fl-aħħar 20 sena.

Rapporti qed jindikaw illi l-awtoritajiet Russi arrestaw żewġ persuni. Instabu wkoll passaporti tat-Tagikistan fil-karozza li użaw biex jaħarbu mill-post.

It-teatru fejn seħħet l-isparatura – fil-periferija tal-kapitali Russa – kien qed jintuża għal kunċert rock. U ftit wara l-attakk, partijiet estensivi tal-binja ħadu n-nar.