Sport Waterpolo

Valletta jaħsdu lil Sliema, San Ġiljan jitħabtu biex jirbħu lil Sirens u Exiles jegħlbu lil Ta’ Xbiex

Valletta Izibet ħasdu lil Sliema Frank Salt u għelbuhom 12-11 f’logħba interessanti. Il-Beltin qatt ma tilfu l-vantaġġ li bnew fil-bidu anki jekk f’mumenti waqt it-tieni parti tal-logħba, sofrew il-pressjoni tas-Slimiżi.

Gowls minn Clint Mercieca, Matthew Mifsud u Sebastian Busuttil taw vantaġġ ta’ 3-0 lil Valletta fl-ewwel tliet minuti. Sliema wettqu reazzjoni u sa nofs it-tieni sessjoni naqqsu d-distakk għal 6-5 sakemm tripletta ta’ Kieyan Borg kabbret il-vantaġġ ta’ Valletta għal 9-5.

Sliema baqgħu jiġru wara r-riżultat, naqqsu d-distakk għal gowl fil-bidu tal-aħħar sessjoni u saħansitra għamlu l-iskor 11-11 b’żewġ minuti għat-tmiem. Kien penalty tal-eks Kieyan Borg li ta r-rebħa lil Valletta, bit-tim ta’ Joe Cremona ddefenda l-gowl vantaġġ b’kull mod possibbli.

San Ġiljan JP Projects tħabtu iktar milli mistenni iżda finalment xorta xejnu l-isforzi ta’ Sirens u rebħu 13-12. Sirens fl-ebda mument ma urew li kienu inferjuri quddiem skwadra Ġiljaniża mhux fil-massimu tagħha u għandhom għalfejn iħossuhom diżappuntati li ħarġu b’idejhom vojta.

Wara li rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, Sirens kellhom vantaġġ ta’ 7-3 momentarju fit-tieni sessjoni u daħlu jistrieħu 8-5. Il-Ġiljaniżi tjiebu fit-tieni parti tal-logħba u rkupraw żvantaġġ ta’ 10-7 sa tmiem it-tielet sessjoni b’gowls ta’ Matthew Zammit, Nicholas Bugelli u Andreas Galea.

Finalment Matthew Zammit poġġa lil San Ġiljan fil-vantaġġ sakemm Sirens reġgħu dawru r-riżultat għal 12-11. Iżda l-istess Zammit flimkien ma’ gowl ta’ Bugelli taw ir-rebħa lil San Ġiljan hekk kif l-aħħar sforzi ta’ Sirens ma sarrfu f’xejn.

Fl-uniku logħba mill-Ewwel Diviżjoni, Exiles Welbee’s għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos 13-9. Exiles kellhom il-vantaġġ tul il-logħba iżda Ta’ Xbiex baqgħu fil-logħba u anki għamlu l-iskor indaqs f’aktar minn okkażjoni waħda.

Exiles bnew vantaġġ ta’ 3-1 f’nofs l-ewwel sessjoni u anki kellhom vantaġġ ta’ 7-5 tliet minuti minn tmiem it-tielet sessjoni. F’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, Ta’ Xbiex irkupraw l-iżvantaġġ madankollu ma rrepetewx l-istess azzjoni fl-aħħar sessjoni. Il-gowl ta’ Zak Cutajar Licari f’nofs l-aħħar sessjoni għamilha impossibbli għalihom biex jirkupraw, b’Exiles ikkontrollaw l-aħħar minuti.

TA’ XBIEX AMIGOS………….. 9

EXILES WELBEE’S……………. 13

(3-3), (1-2), (3-3), (2-5)

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia, V. Figliomeni (1), L. Grech Carr (1), M. Soler, J. Saliba (5), M. Naudi, J. Schembri Young, J. Culic, Z. Bartolo, P. Tabone (2), A. Theuma

Exiles: F. Buhagiar, Z. Cutajar Licari (3), Z. Micallef (1), D. Pace Lupi, M. Martellacci (2), M. Paris Roding, M. Fenech, K. Griscti (4), K. Tanti, M. Aquilina (2), N. Saliba (1), Z. Dzanovic

Referees: Massimo Angileri, Juana Cauchi

SLIEMA FRANK SALT………. 11

VALLETTA IZIBET…………….. 12

(3-5), (3-4), (2-1), (3-2)

Sliema: N. Grixti, G. Gatt, L. Galea (3), D. Rizzo (1), J. Cassar (3), B. Cachia (1), T. Fenech, S. Engerer (1), J. Brownrigg, J. Chircop, E. Schembri, D. Zammit (1), M. Castillo, J. Sciberras (1)

Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (2), M. Demarco, S. Busuttil (1), K. Borg (6), M. Zammit, S. Micallef (1), A. Agius (1), K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 13

SIRENS……………………………….. 12

(2-3), (3-5), (5-2), (3-2)

San Ġiljan: G. Borg, N. Bugelli (5), A. Galea (2), G. Bonavia, R. Caruana, M. Zammit (6), J. Bonavia, D. Tully, J. Abela, N. Bonavia, D. Zammit, N. Schiavone, Z. Attard, S. Cutajar

Sirens: M. Bonello DuPuis, J. Falzon, K. Erdogan (4), P. Borg (1), J. Cachia (1), K. Agius, M. Chircop (1), I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Sciberras (1), M. Azzopardi, I. Schembri, M. Ortoleva

Referees: Alex De Raffaele, Neville Mercieca

Logħob li jmiss

Kampjonat Premier

Il-Ġimgħa 12 ta’ April

Sirens v Marsaskala      8.20pm

Is-Sibt 13 ta’ April

Neptunes v Valletta      4.10pm

San Ġiljan v Sliema       5.20pm

L-Ewwel Diviżjoni

Il-Ġimgħa 12 ta’ April

Marsaxlokk v Otters      6.00pm

Ta’ Xbiex v Birżebbuġa  7.10pm

Is-Sibt 13 ta’ April

Exiles v Barracudas       3.00pm