Il-President tar-Russja Vladimir Putin ikkonferma li ġew arrestato l-erba’ persuni nvoluti fl-isparatura li seħħet il-Ġimgħa f’teatru f’Moska.
Dan l-attakk – li huwa wieħed mill-agħar attakki li qatt seħħew fil-pajjiż f’dawn l-aħħar 20 sena – ħalla tal-inqas 133 persuna mejta, filwaqt li 140 indarbu.
L-awtoritajiet Russi qed jgħidu, li 11-il persuna qed jinżammu mill-awtoritajiet, u li l-erbgħa persuni li sparaw kienu fi triqthom lejn l-Ukrajna.
Fil-fatt, Putin qed jinsisti li dawn pruvaw jaħarbu lejn l-Ukrajna wara li qatlu lil nies ċivili. U allega l-involvument ta’ Kiev.
Minn naħa tagħhom kelliema f’isem Kiev, ċaħdu l-allegazzjonijiet …. u qalu li pajjiżhom ma kien involut bl-ebda mod. Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky insista li dawn huma akkużi banali u li Putin aħjar jara kif jieħu ħsieb lir-Russi.
//= $special ?>