Formula 1 Sport

Carlos Sainz jirbaħ il-Grand Prix tal-Awstralja

Ritartt: EPA

Carlos Sainz ta’ Ferrari rebaħ il-Grand Prix fl-Awstralja biex b’hekk waqqaf id-dominanza ta’ Max Verstappen wara serje ta’ rebħiet. Sainz mar fl-ewwel post fit-tieni dawra qabel Verstappen irtira mit-tellieqa wara biss erba’ dawriet, minħabba problemi fis-sistema tal-brakes. Sainz ikkontrolla l-Grand Prix b’sieħbu ta’ Ferrari Charles Leclerc jidħol fit-tieni post, segwit minn Lando Norris.

Il-Grand Prix intemmet taħt il-gwida tas-‘safety car’ wara ħabta ta’ George Russell. Fernando Alonso daħal fis-sitt post għal Aston Martin, b’Oscar Pisatri u Sergio Perez itemmu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Lance Stroll fuq Aston Martin u Yuki Tsunoda fuq RB temmu fis-seba’ post u t-tmien post, b’Niko Hulkenberg u Kevin Magnussen ta’ HAAS itemmu fid-disa’ u l-għaxar post rispettivament.

Alex Albon fuq Williams daħal fil-11-il post b’Daniel Ricciardo għal RB jidħol fit-12-il post. Pierre Gasly għal Alpine temm fit-tlettax-il post segwit minn Valtteri Bottas fuq Kick Sauber u Guan Zhou fil-15-il post, b’Esteban Ocon itemm fis-16-il post. Goerge Russell, Lewis Hamilton u Max Verstappen ma temmewx it-tellieqa.