Lokali

Il-każ Rosianne Cutajar: Jikber l-inkwiet għal Robert Abela

Rabja kbira.

Kienet din ir-reazzjoni ta’ Rosianne Cuatajar hekk kif wara xahrejn fil-għama l-Prim Mnistru Robert Abela issa talabha apoloġija; għalkemm ħadd ma jaf eżattament “ta’ xix” iridha tiskuża ruħha.

F’Jannar li għadda Abela kien fetaħ il-bieb għar r-ritorn ta’ Rosianne Cutajar.

Din id-deċiżjoni ġabbet magħha ħafna kritika. Hekk kif Cutajar kellha tirriżenja wara li fost l-oħrajn instabet ħatja ta’ impjieg falz mal-ITS; liema impjieg kien imur kontra regoli tal-etika.

Imbgħad, riċentament Abela stqarr quddiem il-ġurnalisti li biex tirritorna hi għandha tagħmel appoloġija onesta – liema appoploġija ħadd għadu ma jaf lil minn u għal liema raġuni għandha ssir.

Madanakollu, sorsi qrib ta’ Cuatajr żvellaw mal-ġurnal MaltaToday li dawn il-kummenti irrabjaw sew lil Cuatajar hekk kif ir-ritorn tagħha qatt qabel ma kien marbut ma’ “apoloġija”. Hekk kif hu kien qal li Cutajar kienet ħalset ta’ għemila.

Sorsi spjegaw li biex tirritorna mal-Partit Laburista, Cutajar kellha tagħmel talba uffiċjali lill-eżekuttiv titlobhom biex tirritorna. U kellha wkoll twaqa l-każ li fetħet kontra Mark Camilleri fil-Qorti wara li dan ippubblika chats li kellha ma’ Yorgen Fenech. Fejn hi kienet qalet lill-allegat kompliċi wara l-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li bħall-kumplament tal-kabinett kienet se titħanżer.

Is-sorsi insistew li Cutajar għamlet dawn iż-żewġ affarijiet – u issa Abela reġa’ għamel u-turn oħra minn tiegħu fejn talabha tagħmel appoloġija. U huwa propju għalhekk li hi tinsab ferm irrabjata.

Din it-talba għall-apoloġija, skont ministru li xtaq li jibqa annonimu qatt ma semmiet la fil-kabinett u lanqas fil-Grupp Parlamentari. B’dan l-istess Ministru jgħid li din it-talba kienet sorpriża għall-Ministri kollha li saru jafu b’din it-talba mill-ġurnali u ddiskrivewha bħala talba degredanti.

Waqt li sors ieħor viċin tal-Partit Laburista qal li din il-mossa ftit li xejn qed tgħin biex il-laburisti tas-Sitt Distrett joħorġu jivvutaw.