Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jippresedi l-quddies ta’ Ħadd il-Palm però ma jagħmilx l-omelija

F’deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar minuta l-Papa Franġisku ddeċida li ma jagħmilx l-omelija tal-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm li ssir fi Pjazza San Pietru l-Vatikan.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Papa kien beda t-talb però kellu jieqaf, biex ftit tal-ħin wara ġie mħabbar li l-Papa ma kienx ser jagħmel l-omelija.

Minħabba problemi fi rkopptejh u problemi tan-nifs il-Papa ma pparteċipax lanqas fil-Purċissjoni tal-Kardinali li ssir qabel tibda l-Quddiesa.