Lokali

Illum iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm se jibqa’ miftuħ …ir-riserva tad-demm għadha baxxa

Illum il-Ħadd 24 ta’ Marzu, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Guardamanġa se jibqa’ miftuħ sat-8:00pm.

Minkejja t-talba għad-demm li saret ilbieraħ, ir-riserva tad-demm għadha baxxa, u hemm bżonn urġenti għad-demm tat-tip O Positive u O Negative hekk kif il-pazjenti qed jistennew li jieħdu t-trasfużjonijiet meħtieġa sabiex isirulhom l-operazzjonijiet.

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu d-demm jistgħu jagħmlu dan ukoll fil-Mobile Unit li qiegħed ipparkajt iż-Żurrieq ħdejn il-Kunsill Lokali mit-8:30am sas-1:00pm, kif ukoll f’Għawdex fil-Berġa tax-Xewkija li hi disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00 sas-1:00pm.