Ħal Għaxaq, Ħal Għargħur u l-parroċċa tal-Katidral f’Għawdex fakkru l-passjoni ta’ Kristu fil-purċissjonijiet tradizzjonali – purċissjonijiet li kull sena jiġbdu lejhom eluf ta’ devoti.
Matul il-jum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar numru ta’ wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fosthom dawk fil-Każin tal-Ġilju u l-Każin ta’ Santa Marija fl-Imqabba.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160141/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-10-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160227/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-8-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160228/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-13-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160229/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-18-1024x683.jpg)
Huwa tkellem ma’ dawk li jorganizzaw il-wirjiet tradizzjonali, u rringrazzjahom tax-xogħol siewi tagħhom, dilettanti li b’passjoni kbira sena wara l-oħra jtellgħu dawn il-wirjiet u dejjem jaraw kif se jżidu u jtejbu x-xogħol tagħhom fuq dawk tas-sena ta’ qabel. Xogħol li jieħu ħafna ħin kif ukoll paċenzja u sagrifiċċji.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160229/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-48-1024x683.jpg)
Huma qassmu wkoll ix-xewqa li x-xogħol tagħhom jibqa’ jiġi apprezzat mill-Maltin kollha, li minn naħa tagħhom jistgħu jagħmlu dan billi jżuru l-wirjiet fil-jiem li ġejjien.
Għal dawn iż-żjarat, flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, ingħaqdu wkoll id-deputati David Agius, Toni Bezzina u Stanley Zammit.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160445/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-37-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160445/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-40-1024x683.jpg)
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista attenda wkoll għar-reċta tal-passjoni ta’ Ġesu Kristu li ttellgħet fl-Imqabba fil-Każin ta’ Santa Marija.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160510/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-29-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160510/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-30-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160510/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-33-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160510/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-34-1024x683.jpg)
Wara d-drama tal-passjoni, Bernard Grech kellu wkoll l-opportunità li jkellem lil dawk preżenti fil-Każin li qasmu miegħu l-passjoni li għandhom għal dan iż-żmien tas-sena.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24160649/Kap-Wirjiet-Gimgha-il-Kbira-Mqabba-BBugia-3-1024x683.jpg)
Aktar tard matul il-Jum Bernard Grech żar ukoll il-Pruċissjoni tal-Għargħur. Hu kien akkumpanjat mill-mara tiegħu AnneMarie Grech, il-Membru Parlamentari Ewropej David Casa u d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24192125/Purcissjoni-Gimgha-Il-Kbira-Gharghur-7-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24192125/Purcissjoni-Gimgha-Il-Kbira-Gharghur-6-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24192204/Purcissjoni-Gimgha-Il-Kbira-Gharghur-23-1024x683.jpg)
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/24192205/Purcissjoni-Gimgha-Il-Kbira-Gharghur-24-1024x683.jpg)