Sport Sport Ieħor

Pickleball u Nick Mercieca fi SportExtra tal-lum

Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar il-21 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija hija il-Pickleball b’enfażi dwar l-ewwel tournament internazzjonalili sar Malta dan l-aħħar kif wkoll il-partecipazzjoni internazzjonali fi Frankfurt. Mistiedna fil-programm STeffi Pace Girard li fl-2018 kienet introduciet dan l-isport hawn Malta kif wkoll wieħed mill-plejers ewlenin tas-selezzjoni Maltija Maurizio Cappello.

Fit-tieni parti enfażi dwar dak li wettaq l-atleta paralimpiku NIick Mercieca f’diversi dixxiplini sportivi u ta’ ispirazzjoni għal bosta atleti. Mistiedna wkoll Rachel Cachia ,li hija administration & impact officer fi ħdan il-Malta Paralympic Committee kif wkoll Prof. Joseph Grima, President tal-Malta Paralympic Committee.

Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech u Ramon Farrugia.