Lokali

Sewwieq ta’ mutur ieħor isofri minn xi ġrieħi f’inċident fiż-Żurrieq

Anzjan ta’ 72 sena qed isofri minn xi ġrieħi wara inċident li seħħ bejn vettura u mutur fi Vjal Blue Grotto, iż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 am meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vann misjuq minn raġel ta’ 64 sena miż-Żurrieq u mutur misjuq mill-vittma mill-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.