Raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li seħħet ħabta bejn mutur u arozza fi Triq Ħal Luqa, Santa Luċija għall-ħabta tat-8 am.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Kalkara, u mutur misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>