Sport Sport Ieħor

Tiġrijiet taż-żwiemel: Jingħata l-bidu għal prestiġjuża Tazza l-Kbira

Kenneth Vella

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-13 -il laqgħa tas-sena ngħata l-bidu għall-akbar kompetizzjoni tal-istaġun, il-BOV Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ sitt heats fuq distanza twila ta’ 2640m. Barra dan il-laqgħa nkludiet ukoll tliet semi finali mill-kampjonat Executive Security tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Mill-heats tal-klassi Premier 24 żiemel għamluha għas-semifinali. Fl-ewwel heat, kien id-debuttant Franċiż Disco D’Occagnes (Noel Baldacchino) li akkwista l-ewwel rebħa fi xtutna wara li żied fil-ġiri fuq in-naħħa ta’ barra f’nofs id-dritta finali. It-tieni waħda ddiżappuntat xi ftit minħabba li kienet ikkontestata biss minn seba’ żwiemel. Kien Dreamer Boy (Paul Galea) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali.

Kif mistenni, il-popolari u r-rebbieħ tal-edizzjoni 2023 ta’ din il-kompetizzjoni, Crack Money (Paul Galea) kien kontinwament quddiem matul it-tielet heat. Il-heat ta’ wara kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa missielta bejn tlieta fid-dritta finali. Kien Akela Play (Charles Degiorgio) li ħa t-tieni rebħa nfila bi ftit minn Dandy De Godrel (Paul Galea).

Call Jack (Ludvic Ghigo) u Etna Du Lupin (Rodney Gatt) offrew tmiem inċert u mill-isbaħ fl-aħħar parti tal-ħames heat. Kien tal-ewwel li ħa t-tieni rebħa tas-sena. Il-Ġermaniż Mac Smily (Carl Caruana) irreġistra t-tieni rebħa tas-sena fl-aħħar heat Premier wara li ħaffef il-pass fl-aħħar 500 metru.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Harry De L’Ormerie (G. Gatt) Ħin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Dario Del Brenta (J. C. Pace) 3. Grease D’Huon (R. Polidano) 4. Head Over Heels (R. Gatt)

II Tiġrija. Semifinali Kampjonat Executive Security Klassi Silver. Dist – 2.39.4” (1.14.5”) 2140m. 1. Awesome Kronos (N. Baldacchino) Ħin – 2. Diabolo Castelets (R. Gatt) 3. Gosse Fredano (R. Magro) 4. Hitthebar (Ch. Camilleri)

III Tiġrija. Semifinali Kampjonat Executive Security Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fira (N. Baldacchino) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Donnezac (R. Magro) 3. Dream Maker (P. Galea) 4. Conungen T.T. (R. Gatt)

IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat Executive Security Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Professor (J. Vassallo) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Ex Aequeo De Cosse (J. Gafa’) 3. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) 4. Farmer Du Moulinet (R. Gatt)

V Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Disco D’Occagnes (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.3” (1.15.1”) 2. Alcoy (Chistophe Martens – Belġju) 3. Dragster De Bomo (R. Gatt) 4. Eros Du Fosse (C. Farrugia)

VI Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Dreamer Boy (P. Galea) Ħin – 3.16.5” (1.14.4”) 2. Formi (J. Schembri) 3. Thai Eros (N. Barbara) 4. Elan Baroque (L. Ghigo)

VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Crack Money (P. Galea) Ħin – 3.17.1” (1.14.6”) 2. Espoir d’Elphigny (R. Gatt) 3. Caid Sly (L. Ghigo) 4. Rampant (Ch. Degiorgio)

VIII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Akela Play (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.16.2” (1.14.3”) 2. Dandy De Godrel (P. Galea) 3. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) 4. Estournel Mouriez (J. Gafa’)

IX Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Call Jack (L. Ghigo) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Etna Du Lupin (R. Gatt) 3. Caprice De Cosse (M. Fenech) 4. Dozule Gitan (J. Gafa’)

X Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Mac Smily (C. Caruana) Ħin – 3.18.8” (1.15.3”) 2. Abbys Wise As (M. Ellul) 3. Velvet Gio (R. Gatt) 4. Fiston D’Awagne (O. Cauchi)

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Global Barrister (J. Scerri) Ħin – 3.27.3” (1.18.6”) 2. Flamenco Phedo (N. Barbara) 3. Alinea (C. Vassallo) 4. My Love M.L. (M. Farrugia)