Sport Sport Ieħor

Blackball: Tibda l-avventura għaż-żagħżagħ Maltin fit-Tazza tan-Nazzjonijiet

Bdiet l-avventura tat-timijiet nazzjonali Maltin taż-żgħażagħ fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024 li qed isiru fi Bridlington.

Fl-azzjoni diġa kien hemm it-timijiet ta’ taħt it-18-il sena u taħt it-23 sena.

L-ewwel żewġ partiti irriżultaw f’telfiet kontra l-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 16-9, u kontra l-Ingilterra bl-iskor ikun 17-8, biż-żagħżagħ Maltin ma jaqtawx qalbhom u jirbħu ż-żewġ partiti ta’ wara kontra l-Iskozja u Wales bl-iskors ikunu 14-11 u 21-4 rispettivament.

Minn naħa l-oħra, it-tim ta’ taħt it-23 sena lagħab tliet partiti li minnhom rebaħ waħda u tilef tnejn.

It-tim immexxi minn Robert Attard tilef 16-9 kontra Wales u 19-6 kontra l-Iskozja, għalkemm patta bil-kbir fil-konfront kontra l-Irlanda hekk kif kiseb skor pożittiv ta’ 19-6.

Kien hemm ukoll il-kompetizzjonijiet tad-doubles hekk kif il-koppja Daniel Vella/Deacon Formosa ġew eliminati minn Connor Cannif/Ryan Hamar 3-2. Eventwalment dawn tal-aħħar kellhom jiltaqgħu ma’ koppja oħra Maltija fit-tieni fażi iġifieri Matthew Debono u Liam Mifsud għalkemm din id-darba tilfu 3-1 bil-Maltin jirbħu dan il-konfront.

Aktar qabel Debono u Mifsud kienu rebħu d-derby kontra Christian Spiteri u Casdy Vella 3-1 sabiex komplew javvanzaw.

Kien hemm ukoll konfront ieħor kollu Malti meta Steve Muscat u Nordai Desira għelbu lil Jake Castaldi u Chaylon Castaldi 3-1. Mill-banda l-oħra, Nick Muscat u Denzel Falzon ġew eliminati mill-fażi eliminatorja wara li tilfu 3-1 kontra Dewi Williams u Lydon Hamilton.