Sport Sport Ieħor

Blackball: Tintemm l-avventura tal-Maltin fit-Tazza tan-Nazzjonijiet

Intemmet l-avventura tat-timijiet nazzjonali Maltin fi Bridlington li kienu qed jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024. Kienu t-Tim B tal-irġiel u s-seniors li waslu sas-semifinali fil-kompetizzjoni rispettiva tagħhom.

Tim B tal-irġiel l-ewwel għeleb lill-Tim B1 Ingilterra 11-10 fil-kwarti tal-finali sabiex fil-fażi tal-aħħar erbgħa huma ġew megħluba minn Tim B Ingilterra 11-9 minkejja wirja pożittiva. Malta Seniors kisbu rebħa ta’ 13-9 kontra l-Irlanda sabiex għaddew għas-semifinali. Hemmhekk lgħabu kontra l-Iskozja fejn tilfu 13-9.

Fl-istess waqt, Tim A tal-irġiel ġie eliminat fil-kwarti tal-finali wara telfa ta’ 13-10 kontra l-Irlanda filwaqt li l-Masters tilfu kontra l-Irlanda ta’ Fuq 13-8.