Futbol Sport

Dani Alves iħallas il-miljun ewro pleġġ

(Ritratt:EPA)

L-eks plejer Brażiljan Dani Alves ħallas il-miljun ewro pleġġ biex b’hekk ikun jista’ jkun meħlus fuq libertà kondizzjonata. Minkejja dan, Alves mhux se jkun jista’ jħalli Spanja u lanqas ma jikkomunika mal-vittma.

Fi Frar, Dani Alves li għandu 40 sena, kien instab ħati li f’Diċembru tas-sena 2022 stupra mara fit-toilet ta’ night club f’Barcelona. Matul il-ġuri li dam tlett ijiem, hu dejjem ċaħad dawn l-akkużi. Hu ngħata sentenza ta’ erba’ snin u nofs priġunerija. Alves ilu 14-il xahar il-ħabs, iżda issa jista’ jgawdi minn din il-libertà kondizzjonata sakemm jinstema’ l-appell tal-każ tiegħu.