Lokali Mużika

‘Happier Now’ – il-band lokali Bennie Blue b’video mużikali

https://www.youtube.com/watch?v=mYSwo3-GKxk

Il-grupp rock Malti ‘Bennie Blue’ nieda l-kanzunetta ġdida “Happier Now” komplut b’video mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Karl Andrew Micallef.

“Happier Now” timmarka r-ritorn tagħhom wara waqfa ta’ sentejn wara l-EP tad-debutt tagħhom, “Santa Rita.”

Il-video muzikali jesplora mumenti ewlenin fir-relazzjoni ta’ maħbubin, Luke Hess u Mia Vickery, bil-filmat ikun miġbud kollu f’post wieħed, bl-għajnuna ta’ ħbieb li servew bħala ekstras u taw sehemhom fit-tim tal-produzzjoni.

Il-membri tal-band Bennie Blue jagħmlu wkoll dehriet b’mod cameo fil-video. 

Id-Direttur Karl Andrew Micallef esprima gratitudni għall-isforz kollaborattiv minkejja l-isfidi li affaċċjaw waqt il-filming.

Bennie Blue ser jipparteċipaw f’Rock the South fit-3 ta’ Mejju, u qed jippjanaw li joħorġu mużika ġdida dalwaqt.