Lokali

“Ir-riżoluzzjoni approvata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU hija l-unika soluzzjoni sabiex naslu għal paċi” – Roberta Metsola

“Dan huwa pass ‘il quddiem ferm importanti, pass li jsegwi dak li seħħ fil-Parlament Ewropew f’Jannar li għadda – l-unika soluzzjoni sabiex naslu għal paċi.”

Hekk sostniet il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola fuq il-midja soċjali wara li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva riżoluzzjoni li titlob għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaza.

Roberta Metsola sostniet li laqgħet b’sodisfazzjon is-sejħa għal ceasefire immedjat – ir-rilaxx tal-ostaġġi mingħajr ebda kundizzjonijiet imposti u aktar għajnuna lejn Gaza.

“Issa dan kollu għandu jiġi implimentat mingħajr ebda dewmien.”