Internazzjonali

Ix-Xatt tal-Punent: Imxejjen kumplott għal terroriżmu aktar qalil fost il-ħtif tal-armamenti

Is-servizzi sigrieti ta’  Shin Bet u l-qawwiet Iżraeljani rnexxielhom ikissru network kbir, immexxi mill-Iran, għat-traffikar tal-armi ta’ kalibru kbir lejn ix-Xatt tal-Punent. Dan bl-iskop li l-armamenti jżidu sew il-potenzjal qattiel tat-terroristi Palestinjani fil-konfront tal-poplu ta’ Iżrael.

L-Iżraeljani qegħdin jakkużaw lil żewġ uffiċjali – Juad Ofri u Munir Mukdach – bħala ‘l-moħħ u l-mutur’ wara dan it-traffikar u meta dawn huma membri importanti tal-Gwardja Rivoluzzjonarja; il-korp militari elit tal-Iran.

L-uffiċjali Iranjani huma identifikati wkoll dwar is-sehem tagħhom fil-Qawwa Quds fis-Sirja. bl-Iżraeljani jirreferu għal kumplott iddettaljat biex itellef mill-istabbilità fix-Xatt tal-Punent u f’Iżrael. Kumplott li, skont huma, ‘kien kapaċi jitmexxa mit-territorji fix-Xatt tal-Punent.’

Kelliema għall-aġenzija Shin Bet żvelaw ukoll li l-arresti ta’ xi suspettati Palestinjani għenu jikxfu pjan li kellu jippermetti ‘għal attakki terroristiċi ħafna aktar effettivi kontra l-Iżraeljani’. Dan filwaqt li nħatfu l-kunsinni tal-armamenti avvanzati li kienu qed ikunu trasportati mix-Xatt tal-Punent lejn il-gruppi tal- militanti Palestinjani.