Lokali Unjoni Ewropea

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jniedi hub ġdid f’Malta

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), organizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea, nieda hub ġdid f’Malta. L-iskop primarju taċ-ċentru huwa li l-innovazzjoni f’Malta u r-reġjun jilħqu l-livell li jmiss billi jipprovdi one-stop shop għal talenti u intraprendituri bbażati f’Malta biex jibbenefikaw minn opportunitajiet tal-EIT Community fl-edukazzjoni, il-ħolqien tan-negozju u l-innovazzjoni.

Iċ-ċentru l-ġdid huwa parti mill-programm tal-Iskema taI-nnovazzjoni Reġjonali tal-EIT (EIT RIS), stabbilit mill-Unjoni Ewropea biex jindirizza l-firda ġeografika persistenti fl-innovazzjoni madwar l-Ewropa. Iċ-ċentru se jaħdem biex isaħħaħ il-kooperazzjoni fost organizzazzjonijiet ewlenin tan-negozju, tal-edukazzjoni u tar-riċerka, iżid il-kompetittività ta’ Malta u tar-reġjun, u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Iċ-ċentru se jirrappreżenta wkoll il-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs) kollha tal-EIT u jagħti prijorità lill-attrazzjoni u l-involviment tal-parteċipanti lokali fl-attivitajiet tal-EIT Community.

Dan il-hub se jservi bħala pjattaforma ċentralizzata għall-innovaturi, li joffri informazzjoni komprensiva dwar is-servizzi u l-opportunitajiet varji pprovduti mill-EIT Community f’Malta, l-Istati Membri kollha tal-UE, u l-pajjiżi assoċjati kollha ta’ Horizon Europe. Barra minn hekk, il-hub se jieħu ħsieb il-kollaborazzjoni tal-EIT Community mal-awtoritajiet lokali, billi joffri appoġġ u għarfien espert meta meħtieġ. It-tnedija taċ-ċentru ta’ Malta għandha l-għan li tipprovdi lill-EIT Community bi preżenza msaħħa madwar ċ-ċentru, l-lvant u n-nofsinhar ta’ l-Ewropa. Entitajiet simili fetħu fil-Latvja, Ċipru, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Ukrajna.

Il-hub se jkun imexxi minn Diana Miceli, li nħatret bħala s-Segretarju Nazzjonali għall-EIT Community f’Malta u se topera minn uffiċċji li jinsabu f’BUSINESSLABS f’Birkirkara. Miceli ġġib esperjenza kbira u rekord ippruvat fit-trawwim tal-innovazzjoni u r-riċerka f’diversi setturi. Matul is-snin, Miceli applikat għal, ikkoordinat, u implimentat ‘il fuq minn 20 proġett, li kkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-iżvilupp tal-ekosistema tal-innovazzjoni ta’ Malta f’diversi programmi ta’ finanzjament tal-UE, Nazzjonali u Internazzjonali.

Fir-rwol tagħha bħala l-Uffiċjal tal-EIT Community, Miceli se tippromwovi l-attivitajiet tal-EIT f’Malta, taġixxi bħala kollegament bejn il-KICs tal-EIT u l-komunitajiet nazzjonali tal-innovazzjoni, torganizza attivitajiet biex timpenja l-partijiet interessati lokali, u tiffaċilita sħubijiet li jallinjaw l-aġenda tal-innovazzjoni ta’ Malta mal-għanijiet strateġiċi tal-EIT.