Internazzjonali

L-Ukrajna: Attakki fuq Kiev… mingħajr is-soltu proċedura ta’ allert

epa09840440 A general view of the damaged shopping center that was targeted by a Russian attack in Kyiv, Ukraine, 21 March 2022. According to the emergency service in Kyiv (Kiev), at least six people died in the Russian bombing of the shopping center. Russian troops entered Ukraine on 24 February prompting the country's president to declare martial law and triggering a series of announcements by Western countries to impose severe economic sanctions on Russia. EPA-EFE/SERGEY DOLZHENKO

Il-qawwiet tar-Russja, fl-aħħar sigħat, wettqu l-bumbardamenti ġodda fuq il-kapitali tal-Ukrajna u fejn bini ta’ tlett sulari ġarrbet il-ħsarat sostanzjali. Ir-rrapporti minn Kiev qalu li ndarbu numru ta’ nies mid-debris tal-bini – bl-attakk iseħħ mingħajr ma nstama’ allert dwar rejd tal-ajru  li mhix ħaġa tas-soltu waqt il-gwerra.

L-Ukreni interċettaw uħud mill-missili ballistiċi sparati lejn Kiev iżda nstemgħu xorta sensiela ta’ splużjonijiet madwar il-kapitali Ukrena – b’diversi dħaħen ibewwġu mill-inħawi lejn il-lvant tal-kapitali.

Il-fatt li l-attakk seħħ mingħajr twissijiet ‘skont il-proċeduri’ qed iħasseb lill-awtoritajiet fi Kiev. Fil-fatt – u sekondi qabel l-isplużjonijiet fi Kiev – l-unika twissija kienet waslet lir-residenti permezz ta’ messaġġ li l-qawwiet tal-ajru Ukreni kienu bagħtu fqu Telegram…Messaġġ li qalu li ‘il-missili kienu qed itiru lejn il-belt’.

Sadanittant, il-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Dmytro Kuleba, qed jiċċirkula filmati online li juru lit-tfal tal-iskola qegħdin jiġru lejn xelter fost l-isplużjonijiert fil-kapitali. Dan meta jidher li r-Russi anki sparaw i l-missili ballistiċi lejn Kiev mill-penisola tal-Krimea li ilha taħt il-kontroll tal-Kremlin mill-2014.