Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea: Il-kumpaniji diġitali ewlenin investigati għall-abbużi potenzjali

L-Unjoni Ewropea qed tinvestiga wħud mill-akbar kumpaniji għall-informazzjoni diġitali dwar prattiċi li jmorru kontra l-kriterji tal-kumpetizzjoni. Dan meta l-kumpaniji  Meta, Apple, u Alphabet ( il-parent company ta’ Google) jinsabu taħt skrutinju għall-potenzjal ta’ abbużi għal-Liġi (DMA) dwar is-Swieq Diġitali li kienet  introdotta fl-2022.

F’każ li l-kumpaniji kisru tassew ir-regoli, huma jistgħu jeħlu multi ekwivalenti għal massimu ta’ għaxra fil-mija mll-introjtu li  jiġġeneraw fuq bażi annwali

L-investigazzjoni tħabbret minn Margrethe Vestager, il-Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni u Viċi-President Eżekuttiv tal-Kummissjoni għal Ewropa Xierqa għall-Era Diġitali. Għalkemm huma sitta biss il-kumpaniji b’obbligazzjonijiet taħt d-DMA, dawn huma l-akbar kumpaniji diġitali fid-dinja – u li jinkludu wkoll l-kumpaniji Amazon,Microsoft u ByteDance.

L-ebda minn dawn il-kumpaniji huma attwalment ibbażati fl-Ewropa – b’ħamsa minnhom ikollhom il-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti u meta l-ByteDance għandha l-bażi tagħha f’Beijing, fiċ-Ċina.

Tlieta mill-kumpaniji, issa, qegħdin jintalbu l-ispjegazzjonijiet ftit ġimgħat biss wara li humas sottomettew ir-rapporti biex juru, b’mod dettaljat. li kienu qed jimxu mar-regoli bl-aktar mod metikoluż. Dan ukoll wara li l-UE, ftit taż-żmien ilu, immultat is-somma ta’ €1.8 biljun lill-Apple wara li l-kumpanija kisret ir-regoli tal-kompetizzjoni  relatati mas-streaming tal-mużika.