Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta b’mutur f’Għajnsielem

Raġel ta’ 48 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta b’mutur f’Għajnsielem, Għawdex.

Il-vittma li huwa residenti l-Fontana, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volkswagen Golf misjuq minn Albaniż
ta’ 33 sena residenti l-Munxar, u mutur Suzuki misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt
li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.