Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular għoli

Raġel spiċċa jsofri ġrieħi serji wara li waqa’ sular għoli. Dan l-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1.15pm f’residenża f’Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li raġel ta’ 75 sena residenti Ħ’Attard kien waqa’ madwar sular għoli. Ir-raġel waqa’ wara li pprova jaqbeż minn parti għall-oħra tal-propjetà minħabba li kien issakkar barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura
medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farruġia li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.