Lokali

Robert Abela jintilef fil-u-turns tiegħu stess – Il-PN

Il-problemi interni tal-Partit Laburista mhux iħallu lil Robert Abela jiffoka fuq il-problemi li qed jaffaċċjaw in-nies.

Il-u-turns saru karatteristika tat-tmexxija ta’ Robert Abela f’kull qasam.

Wara li għal ġimgħat sħaħ kien l-ewwel iddefenda lil Rosianne Cutajar, eventwalment għamel u-turn u keċċieha mill-Grupp Parlamentari Laburista, avolja baqa’ jgħid li m’għamlet xejn ħażin.

Wara ftit xhur reġa’ għamel u-turn ieħor u qal li jekk Rosianne Cutajar titlob li tidħol lura fil-Grupp Parlamentari Laburista, kien jaċċetta li tiddaħħal lura. Issa reġa’ għamel u-turn oħra u qal li jridha titlob skuża, avolja sa ftit ilu kien għadu qed jinsisti li m’għamlet xejn ħażin.

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li Robert Abela għandu jieqaf jintilef fil-u-turms tiegħu stess u minflokk, jibda jiffoka biex issolvi l-problemi li qed jaffaċċjaw in-nies.