Lokali

Tallinja App b’funzjoni ġdida biex issegwi l-karozza tal-linja f’ħin reali

Malta Public Transport, l-operatur nazzjonali tat-trasport pubbliku, qed tintroduċi karatteristika ġdida f’Tallinja App fejn issa wieħed jista’ jsegwi l-karozzi tal-linja f’ħin reali. Maħsuba biex ittejjeb l-esperjenza tal-vjaġġ, din il-karatteristika tipprovdi lill-passiġġieri b’informazzjoni dwar fejn qiegħda l-karozza tal-linja permezz ta’ lokalizzazzjoni tal-GPS u stima ta’ kemm ikun għad fadal ħin biex tasal fuq l-istaġe magħżul.

Permezz ta’ din il-karatteristika, dawk li qed jivvjaġġaw jistgħu jimmonitorjaw b’mod konvenjenti fejn waslet il-karozzi tal-linja fir-rotta tagħha lejn l-istaġe partikolari ta’ fejn ikun qed jistenna l-passiġġier. Dan jipprovdi aktar tagħrif lill-passiġġieri biex b’hekk ikunu jistgħu jippjanaw aħjar il-pjanijiet tal-ivvjaġġar tagħhom.

L-aċċess għall-karatteristika l-ġdida f’ħin reali huwa wieħed sempliċi. L-utenti jistgħu jniżżlu t-Tallinja App mill-App Store jew minn Google Play Store, u mhu meħtieġ l-ebda ħolqien ta’ profil jew login sabiex wieħed ikun jista’ jaċċessaw din il-funzjoni. Kulma hemm bżonn hu l-utenti jippermettu l-kondiviżjoni tal-post (location sharing) fuq il-mowbajl tagħhom biex b’hekk l-utenti jistgħu jaraw il-karozzi tal-linja f’ħin reali fuq l-interface tal-mappa tal-app. Wieħed jista’ wkoll isegwi aktar minn karozza tal-linja waħda fl-istess ħin.

Biex tiżgura użu faċli, Malta Public Transport qed tipprovdi gwida pass pass f’Tallinja App, li tipprovdi aktar dettalji dwar kif wieħed iniżżel l-app, jaċċessa l-karatteristika, u jutilizza l-funzjonalitajiet tagħha b’mod korrett. L-utenti ġodda kollha li jniżżlu l-App Tallinja se jkollhom din il-karatteristika l-ġdida integrata mill-ewwel. Filwaqt għal dawk li diġà għandhom Tallinja App installata, se jkunu meħtieġa li jinstallaw mill-ġdid l-app jew ikun hemm bżonn ta’ aġġornament, skont is-settings attwali tal-app u tal-mowbajls tagħhom.

“Dan l-iżvilupp huwa parti mill-impenn kontinwu tagħna biex intejbu l-esperjenza tal-passiġġieri u nagħmlu t-trasport pubbliku aktar aċċessibbli u effiċjenti,” qalet Alison Zammit, Product Manager ma’ Malta Public Transport. “L-introduzzjoni tal-funzjonalità li tkun tista’ ssegwi l-karozzi tal-linja f’ħin reali fuq Tallinja App hi pass ieħor lejn il-kisba ta’ dan il-għan, fejn qed nipprovdu lill-passiġġieri b’informazzjoni utli biex jippjanaw il-vjaġġi tagħhom b’mod aktar effettiv.”

Il-passiġġieri huma mħeġġa jipprovdu feedback u jirrappurtaw kwalunkwe kwistjoni li kapaċi jiltaqgħu magħha permezz tal-formola ta’ feedback integrata fl-app, jew billi jikkuntattjaw Customer Care Support ta’ Tallinja.

Għal aktar tagħrif, inklużi sett ta’ FAQs kif ukoll servizzi oħra pprovduti minn Malta Public Transport, tista’ żżur: https://www.publictransport.com.mt/en/app.