Lokali

Tas-Super One 2 jerġgħu jinstabu ħatja ta’ żbilanċ u parzjalità

F’deċiżjoni li ħabbret illum, l-Awtorità tax-Xandir ċanfret lil dak li suppost hu l-Istazzjon Nazzjonali talli reġa’ instab ħati li kien żbilanċjat u parzjali meta kien hemm żbilanċ qawwi fin-numru ta’ ‘Sound on Tapes’ bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità dderiġiet lill-PBS biex tara li tieħu kummenti tal-Oppożizzjoni fejn ikun hemm temi ta’ kontroversja politika. Kompliet li fin-nuqqas repetittiv ta’ dan, ma jkunx hemm triq oħra għajr miżuri ulterjuri.

Robert Abela, għax dgħajjef u dahru mal-ħajt, qed juża’ dak li suppost hu x-Xandir Pubbliku biex jipprova jgħatti l-ħniżrijiet li qed jagħmlu hu u sħabu.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jieħu kull pass meħtieġ sakemm il-PBS ma jibqax Super One 2 u jsir verament Xandir Pubbliku.