Futbol Sport

Tasal it-tieni rebħa għat-Taljani fit-Tour fl-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Italja……………2

Ekwador……..0

It-tieni rebħa għall-Italja fit-Tour fl-Istati Uniti b’rabta mal-preparazzjoni għal fażi finali tal-Kampjonat tal-Ewropa 2024. Mir-rebħa ta’ 2 – 1 kontra Venezuela, Luciano Spalletti wettaq xejn anqas minn ħdax il-bidla fil-formazzjoni.

Wara biss tlett minuti, Italja fil-vantaġġ. Gowl ta’ Lorenzo Pellegrini li minn barra l-kaxxa għeleb lil Javier Burrai għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Minkejja li Ekwador kienu aktar fil-partita matul it-tieni taqsima rari mpenjaw serjament lil Guiliermo Vicario li ħa post Donnarumma. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud Italja rduppjat. Minn azzjoni ta’ Riccardo Orsolini kien Nicolo Barella li mill-ġdid għeleb lil Burrai u għalaq il-partita.