Futbol Sport

Veterani: MFPA jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

Malta Football Players Association kabbru l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Cisk Championship Pool wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 7-3.

Jonathan Bondin, Alexander Ribic u Roderick Bajada skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Mark Barbara żied mal-iskor. Għal Birkirkara St Helen’s skorjaw Firas Aboulezz, Daniel Cremona u Nikolay Filipov.

Gżira United Veterans kisbu rebħa kbira ta’ 12-2 kontra Hibernians. Protagonista prinċipali kien Ian Zammit li skorja sitt gowls flimkien ma’ erba’ gowls minn Arthur Oyama u żewġ gowls minn Trevor Cilia. Alex Gambin u Alan Tabone skorjaw għal Hibernians.

Rabat Veterans laħqu lil Luxol fl-ewwel post tal-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Challenge League wara li għelbuhom 9-6 fil-partita diretta minn naħa ta’ fuq tal-klassifika. Adam Smeir u Ibrahim Tarik skorjaw tlett gowls kull wieħed b’ Josef Caruana, Dylan Falzon u Timmy Zammit isibu x-xibka għal bqija tal-gowls għal Rabat. Għal Luxol Beppe Antignolo skorja tlett gowls flimkien ma’ tnejn minn Michael Borg Olivier u gowl minn Michael Galea.