Jayden Cassar huwa l-BOV Plejer tax-Xahar tal-Kampjonat tax-Xitwa għal Frar 2024.
Iż-żagħżugħ ta’ Sliema ASC kien il-protagonista fl-ewwel logħba ta’ Sliema fil-kampjonat BOV tax-xitwa ta’ din is-sena, fejn skorja 4 gowls fir-rebħa kbira ta’ 21-6 tat-tim tiegħu fuq Marsaxlokk. Huwa skorja wkoll 4 gowls oħra Otters u ġab it-total ta’ gowls għal 11 matul ix-xahar ta’ Frar, bi 3 gowls oħra fir-rebħa kontra Birżebbuġa.
Cassar għadu kif ġie lura mill-Polonja fejn kien jagħmel parti mill-iskwadra tat-Tim Nazzjonali U19 li kisbet kwalifikazzjoni għall-finali tal-Kampjonat tal-Euro fejn skorja wkoll 2 gowls fl-ewwel logħba ta’ Malta kontra s-Slovakkja.
Stefan Abela, Manager CSR fi ħdan il-Bank of Valletta, ippreżenta t-trofew tal-BOV Water Polo Plejer tax-Xahar tal-Kampjonat tax-Xitwa lil Cassar fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta Karl Izzo.
Il-Bank of Valletta, li din is-sena qed jiċċelebra l-50 sena tal-operat tiegħu, ilu l-isponsor ewlieni tal-ASA mill-2008 bħala parti mill-impenn tiegħu li jippromwovi l-isport bħala fattur pożittiv lejn is-saħħa fiżika u mentali.
//= $special ?>