Kummerċ Lokali

HSBC Life Malta tikseb suċċess bil-ħlas ta’ aktar minn 96% tal-claims matul l-2023

HSBC Life Malta ħabbar li ħallset 96.9% tal-claims ivvalutati matul l-2023. Din il-kisba tirrappreżenta titjib fuq ir-rata ta’ ħlas ta’ 95.6%, li kienet irreġistrata fl-2022.

L-entità tfakkar lil dawk kollha li għandhom dawn il-poloz, dwar l-importanza li jipprovdu informazzjoni veritiera u preċiża dwar kwalunkwe kundizzjoni tas-saħħa li kienet teżisti minn qabel ingħata bidu għall-proċess tal-applikazzjoni. Dan huwa l-uniku mod kif jiġi żgurat li kwalunkwé talba tista’ tiġi pproċessata, u li din iseħħ bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr xkiel possibbli.

L-HSBC Life Malta temmen li meta l-klijenti jagħżluha huma jkunu qed jagħżlu sieħeb fil-ħajja li jistgħu jafdaw b’mod affidabbli f’ċirkostanzi diffiċli u mhux mistennija. Ir-rata għolja ta’ ħlas ta’ talbiet tirrifletti l-impenn sod li jkum żgurat li d-detenturi tal-poloz jirċievu l-benefiċċji li huma intitolati għalihom f’każ ta’ telf jew avveniment tal-ħajja. Dan isir kemm-il darba huma jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar saħħithom meta jieħdu l-polza tal-assigurazzjoni tagħhom.

HSBC Life Malta tirrikonoxxi l-fatt li fattur kruċjali meta klijent jiġi biex jagħżel kumpanija tal-assigurazzjoni li tkopri l-ħajja, huwa dak ta’ rekord qawwi ta’ claims.

 “Meta tixtri polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja, huwa importanti li tistaqsi lill-konsulent tiegħek dwar ir-rekord tal-claims tal-kumpanija li qed tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tiegħek. Minbarra li ngawdu minn rata qawwija ta’ ħlas, l-HSBC Life nagħtu attenzjoni u nagħmlu enfasi fuq l-ipproċessar rapidu ta’ kull talba li jkolna, tant li wħud mill-klijenti tagħna jirċievu ħlas għat-talba tagħhom fi żmien jumejn biss, minn meta jipprovdu l-informazzjoni mitluba,” qalet Muriel Rutland, il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Life Malta.