Lokali

Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares mill-Mellieħa sal-Furjana

Matul il-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira se ssir id-19-il edizzjoni tal-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares.

Din il-mixja se tibda f’nofsillejl (tal-Ħamis) mill-Pjazza tal-Mellieħa u tispiċċa l-Fosos tal-Furjana. Id-distanza hija ta’ madwar 20 km u b’hekk tieħu bejn erba’ u ħames sigħat.

L-organizzaturi jixtiequ jinfurmaw lil dawk kollha interessati li qed jiġi offrut trasport b’xejn mill-Furjana sal-Mellieħa l-Ħamis fit-8:30pm kif ukoll wara li tispiċċa l-mixja.

Dawk li jixtiequ li jieħdu sehem f’din il-mixja jistgħu jirreġistraw online minn fuq il-website ta’ Puttinu Cares. Id-donazzjoni hija ta’ €10 però min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni aktar ġeneruża.