Lokali Qorti

Il-Qorti tastjeni mill-ġdid milli tisma’ l-każ ta’ Silvio Grixti u erba’ akkużati oħra b’rabta mar-racket tal-benefiċċji soċjali

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana, ikkonfermat id-deċiżjoni tagħha milli tisma’ l-każ ta’ Silvio Grixti u erba’ akkużati oħra b’rabta mar-racket tal-benefiċċji soċjali wara xettixiżmu min-naħa tal-prosekuzzjoni li huwa għandu jisma’ l-każ filwaqt li d-difiża ma kellha ebda oġġezzjoni biex il-ġudikant jisma’ l-każ.

Il-Qort qalet li wara li semgħet bir-reqqa s-sottomissjonijiet tad-difiża u l-prosekuzzjoni għamlet eżami tas-sitwazzjoni legali preżenti u l-varji toroq li potenzjament dawn jistgħu jieħdu, hija temmen fl-imparzjalità u l-oġġettività tal-eżami tal-provi li għandu jibqa’ prinċipju kardinali u fundamentali ta’ kull Qorti li hi msejħa biex tiġġudika.

Għaldaqstant, qal il-Maġistrat Caruana, biex tassigura li l-ġustizzja mhux biss trid issir iżda tidher li qed issir, qed tikkonferma l-astensjoni tagħha milli tisma’ dawn il-proċeduri u bagħtet lura l-atti lura lir-reġistru kriminali għall-ġid ta’ kulħadd biex il-kawża tinstema’ minn ġudikant jew ġudikanta oħra. Qal li jrid ikun seren u li ħadd ma jista’ jgħid xejn.

L-inċertezza fuq il-każ tal-Eks Deputat Laburista Silvio Grixti u erba’ rġiel oħra b’rabta ma’ racket ta’ frodi fil-benefiċċji soċjali, għaldaqstant qed jiġi sorvolat wara r-rikuża tal-Maġistrat nhar il-Ħamis li għadda.

Silvio Grixti, qed jiġi akkużat li pprovda dokumenti mediċi foloz biex jgħin lin-nies, li ħafna minnhom ġejjin minn fortizzi Laburisti, biex jirċievu benefiċċji soċjali b’medja ta’ €450 fix-xahar għal diżabbiltà severa li ma jbatux minnha.

Id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-Kriminalità Finanzjarja (FCID) kien beda jinvestiga fl-2021, bil-pulizija tasal għal mijiet ta’ fajls suspettużi ta’ nies li kienu qed jirċievu l-benefiċċji, jinterrogawhom u li l-biċċa l-kbira tagħhom tressqu l-qorti.

Uħud mir-rikorrent qalu li ġew riferuti lil Grixti minn Ministri Laburisti u politiċi li ġejjin mill-kamp Laburista, u anke uffiċjali tal-customer care mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-Eks Deputat Laburista reġa’ deher fil-Qorti biex jiġi akkużat formalment, flimkien mal-irġiel l-oħra li huma Roger Agius, Emmanuel Spagnol, Dustin Caruana, u Luke Saliba, b’reati relatati ma’ frodi. u l-kriminalità organizzata.

L-irġiel kienu mixlija wkoll li ffalsifikaw dokumenti pubbliċi u li konxjament għamlu użu minnhom, li għamlu dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet pubbliċi u li kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti maħsuba biex jintużaw għal skopijiet frawdolenti. Huma jinsabu akkużati wkoll b’ħasil ta’ flus.

Tnejn mill-irġiel, Dustin Caruana u Emanuel Spagnol, se jkunu akkużati wkoll li kisru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li bihom kienu ngħataw il-ħelsien mill-arrest, b’rabta ma’ każijiet oħra.

L-Ispetturi tal-Pulizija Wayne Borg, Andy Rotin u Shaun Friggieri qed imexxu l-prosekuzzjoni, assistiti mill-avukati Abigail Caruana Vella, Charmaine Abdilla mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-investigazzjoni li kienet ġiet żvelata mit-Times of Malta, tagħti dettalji dwar kif Grixti kien involut f’racket twil snin biex jgħin lil “mijiet” ta’ nies jirċievu b’mod frodulenti benefiċċji ta’ diżabilità ta’ kull xahar li ma kinux intitolati għalihom.

Huma qed jiffaċċjaw akkużi li jorganizzaw u jiffurmaw parti minn organizzazzjoni kriminali, li ffrodaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali b’ammont li jaqbeż il-€5,000, iffalsifikaw dokumenti uffiċjali li jintitolaw lid-detenturi għall-ħlas u xjentement għamlu użu minn dawn id-dokumenti.

L-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Agius filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi qed jidhru għat-Tabib Grixti. Għal Saliba qed jidhru l-Avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb.