Pont f’Baltimore, Maryland fl-Istati Uniti, ikkolassa fi xmara Patapso wara li ntlaqat minn vapur tal-merkanzija twil 300m u li kien fi triqtu lejn Sri Lanka.
Il-Gvernatur ta’ Maryland iddikjara stat ta’ emerġenza f’dan l-istat, hekk kif s’issa żewġ persuni ttellgħu mix-xmara b’persuna minnhom tinsab f’qagħda kritika.
Kelliem f’isem id-dipartiment tal-pumpieri f’Baltimore, ikkonferma li seba’ persuni u numru ta’ vetturi spiċċaw fix-xmara, hekk kif bosta membri tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma intensiva biex isalvawhom.
Il-pont Francis Scott Key huwa parti mis-659 highway u huwa twil 3 km.
Ħadd mill-membri tal-ekwipaġġ li kienu fil-vapur ma weġġa’.
//= $special ?>