Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis hu Joey Reno Vella.
L-Awtorità għandha l-għan li tirregola s-settur, inkluż fost oħrajn il-liċenzjar ta’ assoċjazzjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tagħhom, kif ukoll għandha rwol edukattiv importanti.
Joey Reno Vella huwa Avukat li speċjalizza fil-qasam tal-liġi ċivili u kriminali kif ukoll fil-Qorti tal-Familja.
Fil-karriera tiegħu, ħadem fuq l-abbozzar ta’ diversi riformi u leġiżlazzjoni, inkluża l-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li wittiet it-triq għat-twaqqif tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis (ARUC).
Vella ilu jikkontribwixxi b’mod attiv għall-iżvilupp tal-ARUC, fejn serva bħala Segretarju tal-Bord u bħala Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità.
//= $special ?>