Colin Schembri
Luxol………………………………………………60
Athleta AtoZ Electronics……………….76
(18-24)(21-20)(11-20)(10-10)
Athleta AtoZ Electronics komplew fil-mixja tagħhom lejn il-play-offs b’rebħa konta Luxol 76-60. Luxol kienu mingħajr Stefan Cappello fil-waqt li Athleta kellhom nieqes lil Naz Buhagiar fil-waqt li l-Amerikan Dajuan Moorer minkejja li ħa sehem fil-warming up baqa’ fuq il-bank tul il-partita kollha. Għal Luxol kien hemm iż-żagħżugħ ta’ taħt is-sittax -il sena Mark Iloube jkompli jżid il-ħin tiegħhu fuq il-court fejn spiċċa bi tmien punti fosthom ukoll żewġ dunks. Partita li rat lil Athleta jiftħu tajjeb bi break ta’ 10-1 bi trippli ta’ Luca Stefanovic u Malik Riddle b’Duncan Fenech isejjaħ l-ewwel time-out tal-partita. Mal-ħin, Luxol bdew inaqqsu d-distak fejn fost l-oħrajn kellhom run ta’ 12-2 b’żewġ trippli ta’ Nathan Xuereb u waslu sa’ punt ‘l bogħod 16-17. Athleta wieġbu b’ħames punti minn Piotr Stelmach u temmew l-ewwel sessjoni 24-18 minn fuq. Huma komplew b’ħames punti oħra fit-tieni perjodu bit-tieni trippla ta’ Stefanovic però Luxol baqgħu viċin speċjalment b’aktar three pointers minn Xuereb u Jean Paul Schembri. Hawn Athleta kellhom sensiela ta’ punti minn Riddle biex daħlu jistrieħu ħames punti minn fuq 44-39.
Fit-tielet sessjoni kien hemm bidu bilanċjat bl-Athleta jibdew bi trippla ta’ Riddle u l-punti ta’ Stefanovic għal skor ta’ 50-43. Hawn Athleta kellhom l-aqwa mument tal-partita meta għamlu run ta’ 14-0 b’diversi punti minn Riddle flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici, Juan Cefai u Stelmach. Luciol finalment wieġbu bil-punti ta’ Xuereb però Athleta issa fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt 64-50. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu u wara li Athleta fetħu bil-punti ta’ Mifsud Bonnici u Riddle, Luxll kellhom il-punti minn Iloube u Gael Hulsen. Athleta żammew il-vantaġġ bl-aħħar punti minn Riddle u ż-żagħżugħ Andre Garzia hekk kif rebħu l-partita 76-60.
Luxol: S. Pace, I. Azzopardi, N. Jovanovic 2, A. Azzopardi 5, JP Schembri 3, N. Xuereb 21, G. Hulsen 14, P. Engelbert, M. Iloube 8, M. Matijevic 7.
Athleta: M. Riddle 33, F. Mifsud Bonnici 4, L. Stefanovic 11, M. Gouder 11, E. Abela, P. Stelmach 8. A. Bozanic, A. Garzia 2, J. Cefai 7.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic.
Mellieħa Libertas Spalding……………..105
Valletta Fighters………………………………63
(24-17)(25-16)(30-12)(25-18)
Mellieħa kisbu rebħa oħra kbira din id-darba fuq Valletta Fighters però din it-telfa ħalliet nota negattiva għat-team ta’ Ian Terribile hekk kif Vukassin Jandric sofra injury fl-għaksa u kellhu jħalli l-court. It-tama tal-klan Mellieħi hi li jirkupraw lil Jandric sal-play-offs hekk kif għal din il-partita kienu wkoll mingħajr David Bugeja. Valletta kienu mingħajr l-Amerikan Desean Mattox però kellhom lura lil Sassoun Saakian u Ruben Curmi. Mellieħa fetħu bl-ewwel ħames punti tal-partita mill-Amerikani Alex Peacock u Kwame Thompson. Valletta però żammew il-pass mall-avversarji speċjalment fl-ewwel minuti u wara li Mellieħa reġgħu ħadu l-vantaġġ, żewġ trippli ta’ Neil Cassar għamlu l-iskor indaqs 15-15. Hawn Mellieħa għamlu run ta’ 10-2 li bdewh bi trippla ta’ Robert Bonnici u komplew bil-punti ta’ Thompson u Corrado Mercurio għal skor ta’ 25-17. Fit-tieni taqsima, Mellieħa kabbru l-vantaġġ wara punti minn Tederick Wolfe u trippla ta’ Isaac Bonnett. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’ Valletta jkollhom il-punti ta’ Davide Bellinzona u jnaqqsu d-distakk għal seba’ punti 30-37. Mellieħa reġgħu għamlu run ta’ 10-0 bi trippla ta’ Jandric flimkien ma’ Wolfe bil-perjodu jintemm bi trippla fuq kull naħa għal skor ta’ 50-33 favur Mellieħa.
Fit-tielet taqsima, Valletta naqqsu d-distakk għal 14 -il punt wara trippla minn Ulhas Satyanarayan u punti minn Matthew Farrugia. Mellieħa però malajr reġgħu ħadu l-partita f’idejhom hekk kif għamlu break ieħor ta’ 14-3 b’Wolfe protagonist b’dunks mill-isbaħ. Valletta waqqfuhom b’basket ta’ Saakian qabel ma Mellieħa għamlu tmien punti oħra mingħajr risposta għal skor ta’ 80-45. Fl-aħħar taqsima kien hemm aktar three pointers fuq kull naħa fosthom wieħed ta’ Bonett li għaqqad il-mitt punt ta’ Mellieħa. Valletta kellhom tnejn oħra minn Satyanarayan però kienu Mellieħa li ħarġu rebbieħa 105-63.
Mellieħa Libertas: T. Wolfe 24, R. Bonnici 13, V. Jandric 5, I. Bonett 18, R. Carabott, A. Peacock 11, K. Thompson 22, C. Mercurio 12.
Valletta Fighters: D. Bellinzona 14, N. Da Silva 3, S. Saakian 3, R. Curmi, A. Attard 4, M. Farrugia 2, U. Satyanarayan 21, N. Cassar 16.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi
Sigma Depiro……………….83
Starlites JSD………………….75
(28-21)(20-12)(12-27)(23-15)
Sigma Depiro kienu team mibdul minn dak tal-ġimgħa li għaddiet li sofra telfa kbira kontra Mellieħa fejn did id-darba kisbu rebħa mportanti kontra Starlites JSD 83-75. Għal Starlites din it-telfa kienet daqqa ta’ ħarta fit-tamiet tagħhom li jikbsu l-ewwel post tal-klassifika u kienet l-ewwel telfa li sofrew wara 10 rebħiet konsekuttivi li kienu jinkludu rebħa kontra l-istess Depiro fil-finali tan-Knock-out. Għal Depiro din ir-rebħa fissret li reġgħu resqu viċin Hibernians fil-ġlieda għar-raba’ post tal-klassifika fejn kollox jindika li l-konfront tal-14 t’April bejn dawn iż-żewġ timijiet se jkun deċisiv. Iż-żewġ timijiet fetħu bi three pointers b’Cameron Cornelius u Sean Galea jibdew għal Depiro u Christian Hinckson u Alec Felice Pace iwieġbu għal Starlites. Punti minn Cornelius u Nenad Bukva poġġew lil Depiro 10 punti minn fuq 20-10 bi Starlites jirkupraw bi trippli minn Hinckson u Miguel Fabri. Cornelius u Bukva komplew jiksbu l-punti ta’ Depiro li temmew l-ewwel sessjoni 28-21 minn fuq. Fit-tieni taqsima Depiro kabbru l-vantaġġ għal 12 -il punt wara trippla oħra ta’ Galea. Starlites ippruvaw jirkupraw iżda Depiro ħasduhom bi break ta’ 11-0 għal darb’oħra bil-punti ta’ Bukva u Cornelius flimkien ma’ Kameronn Rooks u ħadu vantaġġ massimu ta’ 19 -il punt 27-46. Sal-intervall, Starlites naqqru 4 punti minn dan l-iżvantaġġ b’baskets ta’ Davonte Craven u Hinckson għal skor ta’ 48-33.
Wara l-intervall, Starlites ħarġu ferm aktar determinati u rrabjati speċjalment fid-difiża fejn serqu diversi blalen u għaqqdu run ta’ 15-2 bi trippli ta’ Felice Pace u Matt Attard u naqqsu d-distakk għal erba’ punti 46-50. Depiro dehru maħsuda u wara li rnexxielhom jerġgħu jsibu l-basket minn Rooks u Cornelius sofrew mill-ġdid ir-rimonta ta’ Starlites li finalment rathom imorru fuq quddiem għall-ewwel darba wara basket ta’ Craven.Depiro għamlu l-iskor indaqs 60-60 fi tmiem is-sessjoni u fir-raba’ taqsima bdew bil-punti ta’ Rooks, Cornelius u Miguel Brincat biex marru 70-63 minn fuq. Starlites tħabtu biex jibqgħu viċin u kellhom trippla ta’ James u l-punti ta’ Craven però Depiro irrispondew għall-punti tagħom, żammew il-kontroll tal-partita biex finalment ħarġu rebbieħa 73-75.
SIGMA Depiro: S, Galea 13, L. Trapani, A. Aquilina 2, N. Grech, A. Hollins 5, K. Rooks 20, M. Brincat 4, M. Mallia, C. Cornelius 28, N. Bukva 11, M. Debattista.
Starlites JSD: A. Felice Pace 12, C. Hinkson 15, M. Attard 3, S. Aquilina, I. Felice Pace 2, M. Fabri 5, K. Fabri, M. Scerri 2, D. Craven 17, L. Riolo, N. Sultana 2, K. James 19.
Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
//= $special ?>