Lokali

Mara l-isptar wara li baqgħet dieħla bil-karozza f’ħajt tas-sejjieħ

Mara ta’ 49 sena miż-Żurrieq qed tingħata l-kura l-Isptar Mater Dei wara li tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qed issuq u baqgħet dieħla f’ħajt tas-sejjieħ fi Triq l-Infetti, ir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45am.

Fil-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-mara. Iktar tard hi ttieħdet l-Isptar għall-kura meħtieġa, bil-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku kawża ta’ dan l-inċident.