Lokali

Qbil dwar il-President il-ġdid

Il-Parlament se jivvota dwar in-nomina tan-Nutar Myriam Spiteri Debono għall-kariga ta’ President tar-Repubblika ta’ Malta, fis-seduta tal-Erbgħa.

Il-vot ser ikun qed jittieħed wara diskussjonijiet li saru fl-aħħar jiem bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Iktar kmieni llum, il-qbil li ntlaħaq bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-PN Bernard Grech kien issiġillat f’laqgħat separati tal-Gruppi Parlamentari rispettivi.

Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni qablu wkoll li meta jkun meħtieġ li jinħatar Aġent President skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Prim Ministru se jkun qed jaħtar lil Francis Zammit Dimech f’din il-kariga.

Intant, il-ġurament tal-ħatra tal-President il-ġdid se jkun qed jittieħed fl-4 ta’ April li ġej.