Raġel ta’ 39 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex, kien qiegħed isuq Ford Mustang meta tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u ħabat ġo ħajt.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00pm fi triq tul il-kosta, in-Naxxar.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>