Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular

Raġel ta’ 55 sena residenti ż-Żurrieq, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular mill-gallarija tiegħu
u spiċċa fil-bitħa interna.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm, fi Triq il-Kittenija, iż-Żurrieq.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.