Lokali

“Se nkomplu l-ħidma tagħna biex il-PBS ikun verament l-istazzjon tan-nies” – PN

Permezz ta’ video fuq il-media soċjali, Micheal Piccinino, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista; u Claudette Buttigieg, ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Publika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete; saħqu li se jkomplu l-ħidma tagħhom biex il-PBS ikun l-istazzjon ta’ kulħadd u biex f’pajjiżna verament ikun hawn il-libertà tal-espressjoni.

Claudette Buttigieg qalet li d-deċiżjoni li ħadet ilbierah l-Awtorità tax-Xandir hija prova oħra ċara li l-PBS qed jiddiskrimina kontra l-Partit Nazzjonalista.

Micheal Piccinino spjega kif Robert Abela u l-Gvern tiegħu, għax huma dgħajfin, qegħdin jinqdew b’dak li suppost huwa x-xandir pubbliku billi jiċċensuraw lil min jikkritika l-Gvern.