NET FM se jerġa’ jżomm l-appuntament tiegħu mas-semmiegħa għal dawn il-ġranet għeżież ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira bi skeda speċjali. Se jkun hemm programmi ta’ riflessjoni spiritwali, programmi kulturali li jinkludu l-letteratura, drama u anke gastronomija. Il-Marċi Funebri bħas-soltu, se jingħataw prominenza b’mużika u tagħrif mil-lokalitajiet kollha li se jtellgħu il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Barra minn hekk se jkun hemm ukoll l-Istabat Mater ta’ Giacomo Rossini, kif ukoll il-Miserere, kompożizzjoni kontra l-kruha tal-gwerer fil-Lvant Nofshani li l-kompożitur minn Wales, Sir Karl Jenkins kiteb fl-2019. Il-programmi huma mtellgħin kemm minn kontributuri veterani ta’ NET FM, kif ukoll produzzjonijiet minn barra, inkluż ukoll mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta.
Din hija l-iskeda kif se tkun għall-jumejn ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa Mqaddsa (jista’ jkun hemm xi bidliet):
Ħamis ix-Xirka
5:00pm Seder u Sagrament – produzzjoni li kienet ittellgħet għall-ewwel darba fl-1995 b’kollaborazzjoni mal-mibki Patri Guido Schembri OFM kif ukoll il-BBC u l-Università ta’ Oxford.
6.30pm: Noel Bartolo – Riflessjoni dwar l-Ewkaristija
7.30pm: In-Numru 40. Fil-Bibbja nitlaqgħu ma’ ġrajjiet li jkun hemm stennija t’40 jum u anke 40 sena. F’dal-programm hemm erba’ riflessjonijiet mill-Antik Testment. (Programm imtella’ mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta)
8.00pm: Il-Kelma u l-Mużika – Joe Vella Edizzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa
10.00pm: Letteratura għall-Ġimgħa Mqaddsa – Kavallier Joe Attard
11.00pm: Riflessjoni dwar l-Ewkaristija (ripetizzjoni)
12.00am: Rossini Stabat Mater
1.00am: Il-Kelma u l-Mużika (ripetizzjoni)
3:00am Seder u Sagrament (Ripetizzjoni)
Il-Ġimgħa l-Kbira
6.00am: Rużarju
6.30: Riflessjoni għall-Ġimġħa l-Kbira -Noel Bartolo
8.00: Aħbarijiet
8.15: Esperjenzi ta’ Kappillan – Fr Anthony, Kappillan fil-Parroċċa Maria Regina Il-Marsa, jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu minn bosta aspetti.
9.30: Marċi u Bandalori – L-Ewwel Taqsima – Joe Chetcuti
11.00: Ġesù tal-Galilea – Dramm dwar l-aħħar ġimgħa ta’ Ġesù – Joe Brincat
12.00pm: Aħbarijiet
12.30pm: Letteratura għall-Ġimgħa Mqaddsa – Kavallier Joe Attard (ripetizzjoni)
1.30pm: Marċi u Bandalori – It-Tieni Taqsima
3.00pm: Meditazzjoni fuq il-Kurċifiss Imqaddes – Noel Bartolo
4.00pm: U miet għalina – Riflessjoni fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù mill-Kavallier Joe Attard
5.15pm: In-Numru 40 (ripetizzjoni)
6.00pm: Aħbarijiet
6.20pm: It-Tradizzjoni tal-Ikel matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa – Noel d’Anastas jitkellem dwar l-ikel popolari matul il-Ġimgħa Mqaddsa b’kontribuzzjoni minn Dr Noel Buttiġieġ.
7.25pm: Grammy Gospels – Mużika Gospel u Kontemporanja Kristjana mill-Grammy Awards ta’ din is-sena – Eric Montfort
8.30pm: Karl Jenkins Songs of Mercy and Redemption – xogħol ta’ dan il-kompożitur kbir Ingliż ibbażat fuq is-sofferenzi tal-popli fil-Lvant Nofshani minħabba bosta konflitti li ġarrbu tul dawn l-aħħar 70 sena. Xogħol li ħareġ fl-2019, fejn se jkun hemm kumment mingħand il-kompożitur innifsu.
9.30pm: Ġesù tal-Galilea – Drama (ripetizzjoni)
10.30pm: Esperjenzi ta’ Kapillan (ripetizzjoni)
11.30pm: Marċi u Bandalori
2.30am: Noel d’Anastas (ripetizzjoni)
3.30am: U Miet Għalina (ripetizzjoni)
4.40am: Karl Jenkins Songs of Mercy and Redemption (ripetizzjoni)
5.40am: Mużika
//= $special ?>