Il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, qiegħda ttella’ rappreżentazzjoni marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Ser tkun qiegħda tiġi mtella’ fis-Sala Anthony Camilleri, is-sala prinċipali tal-Każin, fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.
Din hija rappreżentazzjoni li toħroġ perfettament l-emozzjonijiet li jġib miegħu dan iż-żmien tant qaddis. Rappreżentazzjoni li ġġiegħlek tirrifletti u taħseb, x’kienet ir-raġuni li ġara hekk? Hemm xi ħadd ħati ta’ dan? Jekk iva …’Ta’ Min Hi l-Ħtija?’
Ir-rappreżentazzjonijiet ikomplu l-Erbgħa 28 ta’ Marzu fit-8pm u fid-9pm, nhar il-Ħamis ix-Xirka fit-8pm, 9pm, 10pm; kif ukoll f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira fid-9am u fil-11am.
Ma’ ġenb is-seda tal-Każin qiegħda tittella’ wkoll wirja bl-isem CENACULUM, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni Birżebbuġa.
//= $special ?>