Futbol Sport

Taħt il-21: Malta megħluba mis-Slovakkja

Fit-Tony Bezzina Stadium : Partita ta’ Ħbiberija

Malta…………………..1

Slovakkja …………..4

Malta: M.Debono (R.Cini 88′), Z.Leonardi, O.Spiteri, J.Vassallo(A.Zammit 68′), M.Veselji (J.Engerer 82′), D.Scicluna, A.Garzia, K.Briffa (K.Mohnani 46′), A.Borg (M.Debattista 88”), B.Tuma, K.Bondin (J.Micallef 68′)

Slovakkja: F.Tomas (M.MIchal 46′), J.Tomas (L.Patrik 72′), G.Martin (J.Dominik 72′), G.Adam C.Artur 72′), S.Martin (M.Saueur 61′), C.Roman (A.Selecky 61′)’), T.Adam (A.Kapralik 72′), M.Filip (M.Nino 61′), V.Dominik (J.Timotej 61′), K.Samuel, M.Jan

Skorjaw: V.Dominik 5′, T.Adam 44′, M.Sauer 66′, C.Artur 90′ (S), M.Veselji 55′ (M)

Imwissija: J.Engerer 63′

Tkeċċew: R.Cini 90′, M.Nino 90′

Referees: Fyodor Zammit

B’żewġ gowls f’kull taqsima ebda problema għas-Slovakkja biex tegħleb lit-tim Malti ta’ taħt il-21 sena immexxi minn Ivan Woods bl-iskor kbir ta’ 4 – 1. Wara biss ħames minuti Slovakkja fil-vantaġġ permezz ta’ Dominik Veselovskyli għeleb lil Matthias Debono li kien għadu kemm salva fuq Roman cerepkai. Slovakkja rduppjaw żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima wara li Adam Tuony fuq pass ta’ Murgas għeleb mill-ġdid lil Debono. Fit-tieni taqsima bit-tim Malti aktar fil-partita, fil-55 minuta naqqas l-iskor permezz ta’ Mattia Veselji li minn azzjoni ta’ Basil Tuma għeleb lil Thomas Fruhwald. Kien biss iżda mument iżolat. Reazzjoni immedjata mis-Slovakkja li fis-66 minuta għamlu l-iskor 3 – 1 wara li kien Marrio Sauer li minn tarf il-kaxxa mill-ġdid għeleb lil Debono. Bis-Slovakkja tiddetta l-partita fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud kien Arthur Gajdos li minn freekick dirett għamel l-iskor 4 – 1 . Sekondi wara r-referee tal-partita Fyodor Zammit kecca lil Reeves Cini li fit-88 minuta kien daħal flok Debono u lil Nino Marcelli għas-Slovakkja.