Ġurnata pożittiva għat-tim nazzjonali Malti tal-Blackball ta’ taħt it-18-il sena li rebaħ il-logħbiet kollha li kellu mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024, fi Brindlington. Iż-żgħażagħ Maltin bdew bl-aqwa mod possibbli meta għelbu lil Wales 15-0. Huma komplew jiksbu rebħa wara l-oħra meta għelbu lill-Iskozja 19-5, lill-Ingilterra B 15-10, u lill-Irlanda ta’ Fuq 15-10 .
B’hekk kisbu sitt rebħiet minn tmien partiti u jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Fl-azzjoni wkoll it-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena li għeleb lill-Afrika t’Isfel 20-5 iżda kien megħlub mill-Ingilterra 18-7, u minn Wales 19-6 fejn it-tim immexxi minn Robert Attard minn sitt logħbiet rebaħ tnejn u tilef erba’ darbiet.
Fis-singles u d-doubles, Mathias Debono u Liam Mifsud ġew eliminati wara telfa ta’ 3-0 kontra Geo Edgar u Kieran Kay filwaqt li Steven Muscat u Nordai Desira tilfu bl-istess skor kontra Gerard Heaney u Rhys McClaughlin.
Fil-kompetizzjoni individwal, Daniel Vella tilef kontra Kieron Savage 2-1 filwaqt li Christian Spiteri għadda għar-round li jmiss wara rebħa ta’ 4-0 kontra Adam Kelly l-istess bħala għamel Clydon Attard li għeleb lil Morgan Davis 4-1. Fid-dwell kollu Malti, Mathias Debono għeleb lil Liam Mifsud 3-0.
//= $special ?>